Il-Ħadd 3 ta’ Mejju, se ssir attività unika mimlija sport, divertiment u solidarjetà – Sports4Kate. Din mhix biss ġurnata ta’ attivitajiet hija opportunità biex issir differenza vera fil-ħajja taċ-ċkejkna Kate, tifla kuraġġuża li qed tissielet ma’ marda rari u għandha bżonn kura u terapija kontinwa.
L-attività se ssir fil-MEYR Centre for PE & Sport, il-Ħamrun (ex skola Maria Assunta) mid-09:00 sal-17:00
Tul il-ġurnata se tkun tista’:
- Tipparteċipa f’aktar minn 20 sport differenti
- Tipprova attivitajiet ġodda u divertenti
- Tqatta’ ħin sabiħ mal-familja u ħbieb
- U fuq kollox… tgħin kawża importanti b’risq Kate.
Kull preżenza tagħmel differenza. Kull attività li tipparteċipa fiha tfisser pass ieħor biex Kate tingħata l-għajnuna li għandha bżonn.
//= $special ?>

