Żewġt irġiel weġġgħu gravi wara li kienu nvoluti f’ħabta fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu għall-ħabta tas-1:30 fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

