Robert Abela jinsab kuntent bit-timeline li għandu għat-trakka tal-motorsport f’Ħal Far.
Abela flimkien ma’ Clyde Caruana kienu wiegħdu illi t-trakka – iċ-ċirkwit u mhux dik tal-kwart ta’ mil – kienet se titlesta fil-leġiżlattura li għaddiet u ċioè sa din is-sena. Iżda minkejja dan, ix-xogħol għadu għaddej fuq il-kwart ta’ mil – fil-fatt, Ħal Far għadu sit ta’ kostruzzjoni.
Madanakollu, il-wegħda tmur lura għall-manifest elettorali Malta Flimkien, iżda baqgħet fuq l-ixkaffa. Tant li Ħal Far għadu sit ta’ kostruzzjoni.
F’din il-press conference ta’ aktar minn sigħa, Robert Abela ħabbar ukoll li se jkun qed ineħħi ċ-ċekk tal-bżulija – dan biex skont hu jiġbor inqas taxxi u b’hekk il-poplu mhux ħa jirċievi dak iċ-ċekk aktar. Minflok, qed jgħid li se jagħti bonus.
Fil-fatt, Abela li bena ħafna mill-politika tiegħu fuq dan iċ-ċekk ta’ bżulija issa se jkun qed jelimina dan iċ-ċekk biex minfloku jagħti bonus darba fis-sena. U ċioè se jbiddel il-mod kif il-ħaddiema jiġu inċentivati.
Dan filwaqt li kompla jirrepeti l-proposti diġa’ mħabbra – daqs li kieku qed jitħabbru l-ewwel darba.
//= $special ?>

