Lokali

Robert Abela jirtira minn dibattitu li kien lest li jsir mal-Kap tal-PN

Dibattitu li kellu jsir fil-jiem li ġejjin bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkollu jitħassar wara li Robert Abela għażel li jikkanċella l-preżenza tiegħu.

Dan kollu inżamm mistur minn naħa tal-Labour, u kellu jkun Alex Borg li jiżvela dak li seħħ.

Alex Borg minn naħa tiegħu qal li dan kien no show minn naħa ta’ Abela.

Hu wiegħed li se jkun dispost għal kwalunkwe dibattitu, kull meta jissejjaħ mill-ġurnalisti.