Wara li l-Labour ħareġ kontra l-proposta tal-PN li l-medicini tal-kanċer ikunu kollha bla ħlas, qed tkompli tirrenja l-konfużjoni fil-Partit Laburista – u ħadd ma jista’ jifhem x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali. Bil-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri jinħeba wara dak li qal il-Prim Ministru.
Dan meta fil-verità, Robert Abela fl-ebda ħin ma kkundanna dak li qal Gino Cauchi. U l-Labour ma ħareġ ebda stqarrija uffiċjali.
Ma’ dan l-istazzjon, Silvio Schembri ddikjara b’mod qarrieq li l-Gvern diġa’ qed jagħti l-mediċini kollha tal-kanċer. Meta dan mhux veru….u fl-istess waqt baqa’ jattakka lil Net News, minflok iwieġeb id-domandi.
Intant, saqsejnih ukoll dwar Roderick Galdes u l-akkużi li hu vvota kontrih fl-Eżekuttiv biex ma jikkontestax. Fejn Schembri, bil-mod kif weġibna, ikkonferma li hu ivvota fl-Eżekuttiv.
//= $special ?>

