Internazzjonali

Diskussjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran fost pjan ġdid għal vapuri fir-rotta ta’ Hormuż

FILE - President Donald Trump answers questions from reporters as he signs an executive orders in the Oval Office of the White House, Jan. 23, 2025, in Washington. (AP Photo/Ben Curtis, File)

Il-President Donald Trump ħabbar li l-Istati Uniti se tkun qed tassisti biex dawk il-vapuri li nqabdu fir-Rotta ta’ Hormuz ikunu jistgħu joħorġu.

“Għall-ġid tal-Iran, tal-Lvant Nofsani u tal-Istati Uniti, aħna għidna lil dawn il-pajjiżi li se nkunu qed niggwidaw il-vapuri tagħhom b’mod sigur,” kiteb Donald Trump, mingħajr ma speċifika liema pajjiżi se jkunu qed jirċievu l-assistenza.

Trump qed isejjaħ dan il-proġett bħala “Proġett tal-Ħelsien” (Project Freedom) u sostna li min jipprova jintervjeni se jkun qed jintlaqa’ b’forza qawwija.

Sa mill-bidu tal-gwerra fi Frar, l-Iran naqqas it-traffiku f’din ir-rotta b’mod sever. B’rispons għal dan, l-Istati Uniti kienu blokkaw diversi portijiet Iranjani.

Fl-istess kitba tiegħu, Donald Trump qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet pożittivi bejn l-Istati Uniti u l-Iran, u li dawn id-diskussjonijiet jistgħu jagħtu riżultati.

Iċ-Ċentru tal-Kmand tal-Istati Uniti qal li aktar minn 15,000 persuna huma involuti fil-“Proġett tal-Ħelsien”.