Internazzjonali

Ġermanja: Tnejn maqtula u diversi feruti waqt attakk terroristiku f’Leipzig

Il-Pulizija fil-belt ta’ Leipzig qed jinvestigaw attakk terroristiku li sewa l-ħajja ta’ mill-anqas żewġ persuni, b’numru sinifikan ti ta’ nies jisfaw midruba.

Dan wara li raġel saq karozza direttament għal ġo folla fi kwartier ta’ din il-belt, fin-naħa t’isfel tal-Ġermanja.

Is-Sindku ta’ Leipzig ikkonferma li l-aggressur qed jinżamm taħt arrest u għalkemm ma ħareġ xejn uffiċjali dwar l-iskop, ftit kien hemm dubju li l-każ hu wieħed ċar ta’ terroriżmu.

Il-midruba fl-attakk qabżu sew l-20, b’uħud jispiċċaw f’kundizzjoni gravi.

L-aggressur irnexxielu jaħrab minn fuq il-post tal-attakk (fiz-zona ta’ Grimmaische Straße fiċ-ċentru ta’ Leipzig) iżda l-pulizija ma damux biex jinterċettawh u jżommuh taħt arrest.

Qed jidher ukoll li r-raġel kien qed jaġixxi waħdu u mingħajr l-għajnuna ta’ kompliċi.