Jekk hawn gvern li ħaseb għall-annimali u għal kull min iħobbhom huwa Gvern Nazzjonalista li fl-2010 fetaħ l-isptar għall-annimali Ċentru San Franġisk.
Dakinhar Gvern Nazzjonalista ħoloq servizz li bih serraħ ras kull min iħobb lill-annimali li f’każ ta’ emerġeza f’kull ħin tal-ġurnata jew lejl se jsib servizz ta’ veterinarju għall-pet tiegħu.
Gvern Laburista tliet snin ilu għalaq dan l-istpar u abbanduna lil dawn l-annimali u issa annimali mweġġa’ jew morda qed jispiċċaw jittieħdu fi klinika bla liċenzja ta’ sptar li qed topera biss għal ħames sigħat kuljum.
Illum dik li suppost hija l-Kummissarju għall-Annimali f’pajjiżna – u fl-istess ħin kandidata approvata tal-Partit Laburista – ippruvat tikteb l-istorja mill-ġdid billi qalet li l-istpar tal-annimali fetħu Gvern Laburista. Flok qalet li Gvern Laburista għalqu.
Ikun ferm aħjar kieku Fleur Abela tagħmel dak li hu mistenni minnha u minflok tiddefendi lil Gvern li abbanduna l-annimali, tibda tiddefendi lil dawk li hi mħallsa minn flus il-poplu biex tiddefendi – lill-annimali tagħna.
Gvern Laburista ilu s-snin jgħaddi ż-żmien bin-nies dwar il-ħarsien tal-annimali u ma baqagħlux kredibbiltà f’dan il-qasam.
Għall-kuntrarju, kif wiegħed il-Kap tal-PN Alex Borg ilbieraħ, Gvern ġdid Nazzjonalista jerġa’ jiftaħ l-isptar tal-annimali 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, inkluż billejl, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi.
Anke l-annimali tagħna jixirqilhom Nifs Ġdid.
//= $special ?>

