Enerġija Lokali

Il-Ministru Miriam Dalli ħarġet kontra l-pjan tal-PN għar-roħs fil-kontijiet tad-dawl

Il-Gvern, permezz tal-Ministru Miriam Dalli, ħarġet kontra l-pjan tal-PN li se jwassal għal roħs fil-kontijiet tad-dawl.

Din il-pożizzjoni ħarġet ċara waqt xandira fuq TVM li fiha pparteċipa wkoll ix-Shadow Minister Mark Anthon Sammut. Bil-Ministru tibqa’ tattakka l-proposta li preżenta Alex Borg.

Miriam Dalli qalet li fil-proposta tal-PN, in-nies se jiffrankaw ftit ewro fix-xahar. Iżda fil-programm Mark Anthony Sammut stieden lill-Ministru taqbad calculator, karta u biro, u tikkalkula l-costings bażiċi li ġew preżentati mill-PN.

Minn naħa tagħha, il-Ministru qalet li l-PN nesa l-fixed costs f’dawn il-workings. Iżda imbgħad ma kinitx kapaċi tgħid kemm hi din iċ-ċifra. Tant li meta ġiet mistoqsija minn Mark Anthony Sammut, il-Ministru ma wiġbitx.

Mark Anthony Sammut minn naħa tiegħu spjega li l-proposta tal-PN dwar il-meters tad-dawl se jibbenefikaw minnha diversi entitajiet, għaqdiet, ngo’s, każini tal-banda, u entitajiet bħad-Dar tal-Providenza u oħrajn.

Hu fisser kif il-bdiewa u r-raħħala ukoll se jgawdu minn din il-miżura ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista.