Wara li l-Ħadd, l-Labour qabblu lill-Gvern ma karozza bid-daqqiet – issa l-Mexxej Laburista qed jgħid li l-pajjiż “qed jaħrab”.
F’attivita tal-Labour f’Santa Venera il-mexxej tal-Labour Robert Abela saħaq li “l-pajjiż jaħrab ‘il quddiem” – fl-istess waqt li spiċċa kostrett jisma’ dwar kif bosta Maltin qed iħossuhom preokkupati dwar l-kwalitá tal-ħajja tagħhom.
B’Robert Abela jonqos milli mqar isemmi darba l-kriżi tat-traffiku – anke jekk stħarriġ wara l-ieħor juri li din il-kriżi hija l-akbar problema tal-poplu…liema problema qed tkompli wkoll tikkontribwixxi għal nuqqas ta’ kwalitá tal-ħajja.
Surrealment, wara li l-Labour u Robert Abela ilhom xhur sħaħ jattakkaw dak li qal Alex Borg dwar il-4-day-week, issa Abela kompla jisħaq fuq kif ikkupja l-idea ta’ Alex Borg wara li ħabbar li l-ħaddiema ħa jkollhom dritt japplikaw għal ‘compressed week’ ċioe four-day work week.
Fuq it-trakka f’Ħal Far Abela kompla jiżgwida lid-dilettanti u lil dawk li kellu quddiemu…billi naqas milli jsemmi l-fatt li l-wiegħda oriġinali tal-Labour kienet ċirkwit – liema trakka baqgħet ma saritx b’Abela jisħaq li dik issir mal-ħin…anke jekk kienet fil-Manifest ta’ erba’ snin ilu.
Dan filwaqt li kompla jisħaq fuq il-kredibiltá tal-Labour – anke jekk matul it-13-il sena ta’ Partit Laburista fil-Gvern ġew imwiegħda ħafna affarjiet; fosthom proġetti ta’ trasport tal-massa li baqgħu qatt ma waslu, it-trakka li baqgħet fuq l-ixkaffa, l-Isptar tal-annimali li baqa’ magħluq, l-Isptar ta’ Għawdex u l-investiment fis-saħħa li qatt ma sar fost l-oħrajn.
Apparti min hekk fl-attivitá tal-Labour issemmiet wkoll is-saħħa mentali – Anke jekk kien l-istess Partit Laburista li wiegħed Sptar ġdid tas-saħħa mentali li wkoll baqa’ fuq il-lista ta’ proposti fierħa tal-Labour li baqgħu qatt ma twettqu.
Intant f’nofs din l-attivitá tħabbar wkoll li Clint Azzopardi Flores ser jkun kandidat tal-Labour.
//= $special ?>

