Internazzjonali

Każijiet suspettati ta’ Hantavirus wara tliet imwiet fuq cruise

Tliet persuni mietu waqt li kienu fuq cruise, bis-suspett ewlieni jkun l-Hantavirus.

Il-cruise kien sejjer mill-Arġentina lejn Cape Verde.

Wieħed mill-persuni li tilfu ħajjithom, raġel ta’ 70 sena, safa ma jiflaħx fuq il-vapur u miet malli wasal fil-gżira ta’ St Helena.

Il-mara tiegħu, ta’ 69 sena, ukoll mietet fl-Isptar ta’ Johannesburg fl-Afrika t’Isfel. Dan skont uffiċjali li qalu wkoll li l-koppja kienu Olandiżi.

S’issa, l-uniku każ konfermat ta’ hantavirus huwa dak ta’ mara ta’ 69 sena mir-Renju Unit li qed tingħata kura fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar ta’ Johannesburg. Żewġ membri tal-ekwipaġġ li għadhom fuq il-vapur jeħtieġu attenzjoni medika urġenti.

It-tielet persuna li tilfet ħajjitha għadha fuq il-vapur.

Il-hantavirus huwa tip ta’ virus li normalment jinġarr mill-ġrieden u li primarjament jinfirex permezz ta’ partiċelli fl-arja (airborne).