Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, ikkundannat każ ta’ aggressjoni fuq Kap ta’ Skola u Deputy Head fl-Iskola Primarja tal-Kalkara.
Jidher li l-każ kien marbut ma’ persuna – li hija ġenitur – u li marret l-iskola fuq każ li mhux relatat mal-edukazzjoni tat-tfal.
L-MUT qed tinsisti mal-Gvern biex joffri l-appoġġ meħtieġ lill-edukaturi. Bil-union tgħid li hemm bżonn aktar support u servizzi – kemm fl-iskejjel stess, u anke mal-familji.
L-MUT ikkomunikat mal-Kap ta’ din l-iskola u offriet appoġġ. Dan filwaqt li qed tagħmel pressjoni anke mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.
//= $special ?>

