Lokali

Multa ta’ €3,000 għal żagħżugħ li nqabad isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan

Josef Majri li għandu 28 sena u li jgħix Ħal Tarxien kien immultat €3,000 wara li ammetta li fit-22 ta’ Marzu li għadda proprju fi Triq San Lawrenz fil-Birgu – saq bla liċenzja tas-sewqan u mingħajr polza tal-assikurazzjoni. Ammetta wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq tliet kawżi pendenti.

Huwa ammetta għal dawn l-akkużi quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li mmultatu €2,500 multa talli saq bla liċenzja tas-sewqan u bla polza tal-assikurazzjoni.

Il-Maġistrat Micallef Stafrace ordnat ukoll li jkollu €900 mid-depożiti fuq il-ħelsien mill-arrest fuq it-tliet kawżi pendenti – kkonfiskati filwaqt li ssospendietlu l-liċenzja tas-sewqan għal 8 xhur filwaqt li mmultatu €500 oħra.