“kontijiet orħos illum, iffissru enerġija aktar nadifa għada.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jindirizza konferenza stampa b’rabta mal-proposta tar-roħs tal-kontijiet tal-enerġija b’prezz medju ta’ 30% – flimkien mal-Kandidati tal-PN Mark Anthony Sammut u Jonathan Muscat.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna, li l-punt tat-tluq huwa li l-kontijiet għandhom jorħsu b’mod awtomatiku u li jinftiehem – roħs li jidher fil-kontijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Propost li tindirizza sew l-għoli tal-ħajja. Permezz ta’ dan il-pakkett Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti nifs ġdid lill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Stqarr li l-PN determinat li b’dan il-pakkett ma jinsiex ukoll lill-persuni li jgħixu waħedhom. Realta li ħafna drabi bil-politika li qed ngħixu fiha llum qed tintesa. Nifs ġdid lill-għaqdiet, lill-bdiewa u r-raħħala li huma parti kruċjali mill-ekonomija ta’ pajjiżna u huma l-qaba tal-komunita tagħna.
Irrimarka li r-roħs tal-kontijiet ta’ dawl u t-tneħħija tal-kirja tal-meter – huma xhieda ta’ ringrazzjament għall-kontribut li dawn in-nies kollha jagħtu lil pajjiżna. Kontijiet irħas illum enerġija aktar nadifa ta’ għada
Mark Anthony Sammut tkellem dwar il-miżuri li Gvern ġdid Nazzjonalista ser ikun qed iwettaq fil-kuntest tar-realtajiet li l-poplu Malti u Għawdxi qed jgħix fihom illum il-ġurnata:
- It-tneħħija tal-kirja annwali tal-meter – applikabbli għal 228,000 residenza li se tkun qed tiswa 17-il miljun ewro.
- It-tneħħija tat-tieni residential band – 0 sa 6000 kWh @10c47 flok 12c98 – applikabbli għal 228,000 residenza li se tiswa 8 miljun ewro
- Estensjoni tal-eco-reduction threshold għal persuna li tgħix waħedha – applikabbli għal 51,000 persuna u li hi stmata li se tiswa 2 miljun ewro.
- Roħs dirett għall-komsumaturi
- Tneħħija tal-kirja tal-meter għall-bdiewa, r-raħħala u l-għaqdiet volontarji – li se tfisser 120 ewro ta’ roħs annwali għal min għal min għandu single phase 40A, roħs annwali ta’ 240 ewro għal min għandu three phase 40A u 360 ewro ta’ roħs annwali għal min għandu three phase 60 A – bit-tariffa residenzjal tkun dik b’roħs ta’ 15%.
Mark Anthony Sammut spjega li dawn il-miżuri kollha ser ikunu qed jiswew 30 miljun ewro fis-sena. Mark Anthony Sammut tkellem ukoll dwar kif Gvern ġdid Nazzjonalisa irendi 175GWh permezz ta’ investimenti ta’ darba ta’ 60 miljun ewro f’panelli tax-xemx tal-aħħar ġenerazzjoni fuq proprjetajiet tal-Gvern – mingħajr ma tittieħed art agrikola.
Finalment, Jonathan Muscat tkellem dwar it-trasparenza fil-kuntratti tal-enerġija. U li bħalissa ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-gvern ħarab lejn il-Qatar u prova jinnegozja pakkett ġdid – li ntlaqat mill-Gwerra u ra tnaqqis ta’ 20%. Tkellem dwar is-serjeta fl-arms u tenna kif Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li min imexxi dawn l-entitajiet ikunu kompetenti. Min imexxi l-arms nafu li kellhom karigi għolja fil-Partit Laburista. Ma jistax ikun hemm persuni li huma mħallsa flejjes kbar mit-taxxi tal-poplu li jkollhom kontijiet t’interess. Bejn l-2014 u l-2021 għal 7 snin sħaħ il-konsumatur insteraq mill-arms flus li ma ntroddux lura. Tkellem ukoll dwar kif Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lura kumpens lil dawn in-nies kollha li saret tali inġustizzja magħhom.
//= $special ?>

