“Wasalna lejliet elezzjoni u l-Labour qed jikkopja l-proposti li l-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem fuqhom u għalhekk qed nara sitwazzjoni ta’ ‘We lead, they follow’.”
Dan kien il-messaġġ li wasslu l-kandidati Rebekah Borg u Errol Cutajar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn waranofsinhar fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn tkellmu fuq in-numru ta’ proposti li l-Gvern ta’ Robert Abela l-ewwel ikkritika u mbagħad kkupjahom fil-manifest tiegħu.
Matul din il-konferenza l-kelliema tkellmu fuq għaxar u-turns mil-Labour fil-kampanja elettorali u drabi meta kkuppjaw dak li ħareġ jew qed joħroġ bih il-Partit Nazzjonalista u li qabel il-Partit Laburista kienu kontrih u saħansitra rredikolawh.
Infatti Rebekah Borg qalet li waħda mill-proposti li kkopja l-Labour kienet il-proposta taċ-Child Trust Fund dan hekk kif fl-aħħar jiem Robert Abela beda jitkellem dwar €5,000 birth bonus dan meta l-Partit Nazzjonalista xhur ilu li kull wild ikollu fund ta’ €5,000.
Lura fl-2022 il-Partit Nazzjonalista ħareġ b’numru ta’ proposti li jindirizzaw il-work-life balance fosthom estensjoni tal-maternity leave, paternity leave u parental leave – proposta li Gvern Laburista vvota kontriha fil-Parlament biex ftit tal-ġranet ilu l-Labour għamel u-turn u ppropona żieda fil-leave tal-maternità.
Fuq l-ippjanar Rebekah Borg qalet li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid li hemm bżonn riforma ħolistika f’dan l-aspett fejn l-ewwel il-Labour ħareġ abbozz baxx baxx ċioe mingħajr konsultazzjoni u wara qal li l-NGOs bdew jaqblu bl-NGOs ħarġu mal-ewwel jgħidu li mhux minnu. Hija spjegat ukoll li l-qbil bejn l-NGOs u l-Gvern kien fuq punt wieħed biss u għaliex issa ġejja l-elezzjoni l-Partit Laburista qed jaqbel ma’ dak li kien ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista.
Rebekah Borg fakkret ukoll fil-proposta tal-Partit Nazzjonalista dwar konsultazzjoni fuq il-four-day week fejn l-ewwel il-Gvern ta’ Robert Abela kkritika din il-proposta biex imbagħad fl-1 ta’ Mejju ħabbar li l-ħaddiema ħa jkollhom dritt japplikaw għal ‘compressed week’ ċioe four-day work week.
Minn naħa tiegħu, il-kandidat Errol Cutajar tkellem fuq il-proposta tal-bini ta’ erba’ sptarijiet ġodda f’pajjiżna – proposta fejn il-Partit Laburista qal li se nkunu qed nħarbtu s-sistema tas-saħħa. Huwa propju fakkar li Gvern Laburista ġab is-settur tas-saħħa għarkubbtejh hekk kif il-poplu ħallas €400 miljun u baqa mingħajr l-isptar ġdid f’Għawdex u l-isptar San Luqa baqa’ fi stat ta’ abbandun. Hawnhekk huwa saħaq li l-Labour m’għandux kreddibiltà fis-settur tas-saħħa.
Errol Cutajar fakkar ukoll kif fl-2021 il-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-proposta li l-mediċini tal-kura tal-kanċer jingħataw kollha b’xejn fejn fuq il-programm Xtra, Gino Cauchi qal li din il-proposta ma tistax issir. Iżda, huwa saħaq li b’Alex Borg Prim Ministru l-mediċini tal-kanċer ikunu b’xejn.
B’rabta mal-vapuri ta’ Għawdex, Errol Cutajar fakkar li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħmel żewġ vapuri ġodda – wieħed għall-passiġġiera u ieħor għall-merkanzija. Propju issa ftit tal-jiem ilu l-Labour ukoll qal li se jagħmlu vapuri ġodda.
Huwa semma’ wkoll l-interconnector fejn Gvern Laburista ħa kull okkażjoni biex iwaħħlu fl-interconnector għal kull ħsara li tinqala. Huwa spjega kif issa dak id-diskors spiċċa li minn interconnector wieħed għamlu tnejn u issa qed jikkunsidraw it-tielet u r-raba’ interconnector.
//= $special ?>

