Roma 4 Fiorentina 0
Ebda problema għal Roma fi Stadio Olimpico f’partita fejn ma kien hemm ebda risposta jew reazzjoni minn Fiorentina li fit-13-il minuta sofrew l-ewwel gowl skorjat minn GIANLUCA MANCINI minn azzjoni ta’ Niccolo Pisilli.
Fis-17-il minuta 2 – 0 permezz ta’ WESLEY FRANCA minn pass ta’ Mario Hermoso. It-tielet gowl skorjat minn MARIO HERMOSO li minn azzjoni ta’ Manu Kone’ għeleb lil David de Gea: 3 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima l-andament ftit inbidel l-aktar wara li fit-58 minn pass ta’ Donyell Malen kien NICCOLO’ PISILLI li għamel l-iskor 4 – 0 li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.
Cremonese 1 Lazio 2
Rebħa drammatika għal Lazio fi Stadio Giovanni Zini, li biha telgħu fit-tmien post b’51 punt filwaqt li Cremonese fit-tielet mill-aħħar f’pożizzjoni prekarja li jkunu relegati meta bi 28 punt jinsabu erba’ punti taħt Lecce.
Fid-29 minuta Cremonese fil-vantaġġ permezz ta’ FEDERICO BONAZZOLI li minn azzjoni ta’ Romano Floriani Mussolini għeleb lil Edoardo Motta għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Kibret il-pressjoni minn Lazio fit-tieni taqsima tant li fit-53 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Tijani Noslin kien GUSTAV IUSAKSEN li għeleb lil Emil Audero għal 1 – 1 .
Bil-partita destinatha li tintemm 1 – 1, fit-92 minuta minn azzjoni ta’ Boulaye Diua kien TIJANI NOSLIN li għeleb lil Audero għat-2 – 1 finali.
:
//= $special ?>

