“Fejn hemm is-saħħa hemm l-għaqda u fejn hemm l-għaqda hemm nifs ġdid.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, meta kien qed jindirizza l-attività “Niltaqgħu mal-Kandidati tal-11-il distrett”, f’Ħ’Attard. Dawn il-Kandidati huma:
- Ivan Bartolo (tal-Mosta)
- Dione Borg
- Rebekah Borg
- Edmond Cuschieri
- Bernard Grech
- Joseph Grech
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg beda billi rrefera għas-summit tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej, fejn ġiet diskussa l-kriżi internazzjonali, u rrimarka li l-uniku Prim Ministru li ma attendiex kien proprju Robert Abela. Alex Borg stqarr li hemm kuntrast ċar bejn iż-żewġ partiti: minn naħa, Partit Laburista li qed jispara proposti “left, right and centre”, u min-naħa l-oħra Partit Nazzjonalista li qed jibni viżjoni serja u fit-tul għall-futur ta’ Malta u Għawdex u għall-ġid tal-poplu kollu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li Gvern Nazzjonalista ġdid jiggarantixxi kontijiet tad-dawl orħos għall-familji Maltin u Għawdxin, persuni li jgħixu waħedhom, bdiewa u raħħala, għaqdiet volontarji u każini. Qal li minflok jindirizza din il-viżjoni, il-Mexxej Laburista qed jattakkaha billi qabbad lil ta’ qablu.
Alex Borg irrimarka li l-Partit Nazzjonalista huwa determinat li fl-ewwel budget idaħħal l-implimentazzjoni tal-miżuri biex jorħsu l-kontijiet – sabiex il-prezzijiet jibdew jonqsu mill-1 ta’ Jannar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tkellem ukoll dwar il-proposta li ħabbar it-Tlieta filgħodu, b’rabta mat-tanker tal-gass li hemm fil-bajja ta’ Marsaxlokk, taħt Delimara – proprju l-istess tanker li poġġa, Gvern Laburista 13-il sena ilu, bħala parti mill-progett tal-Energija. Tenna kif permezz ta’ din il-proposta, Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed ineħħi dan it-tanker mill-bajja u joħorġu ‘l barra fejn se jkun qed isir l-investiment tal-Mediterranean Maritime Fuel Hub. Xi ħaġa li ser tagħti serħan il-moħħ lir-residenti hekk kif jitneħħa l-periklu ta’ dan l-istess tanker. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna li din il-proposta se twassal għal-ħolqien ta’ terminal tal-LNG offshore b’possibilita ta’ fuels ohra fil-futur, billi jintuża parti minn Hurd’s Bank. U qal li huwa stmat li mall-ewwel tlett snin, din l-industrija ser tkun qed tiggenera madwar 450 miljun ewro fl-ekonomija Maltija.
Tenna li kull proposta li qed joħroġ il-Partit Nazzjonalista hija costed – għall-kuntrarju ta’ dawk li qed joħroġ il-Partit Laburista.
Fakkar kif fil-passat, Il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern kien strumentali fil-ħolqien ta’ setturi ekonomiċi li ddiversifikaw l-ekonomija Maltija. Liema setturi jinkludu: Il-Marittimu, is-Servizzi finanzjarji, il-Gaming, l-Avjazzjoni, il-Farmaċewtika u l-Marittimu. Settur li proprju sallum-il ġurnata għadhom il-bażi tal-ekonomija ta’ Malta u Għawdex.
Finalment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, tenna li fit-30 ta’ Mejju kulħadd għandu responsabbilita kbira fuqu għaliex permezz tal-vot tiegħu ser jagħżel id-direzzjoni ta’ fejn irid jeħu lill-pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem lill-eks Sindku ta’ Ħ’Attard Professur Henry Frendo, lill-mibki Norbert Pace u lis-Sindku ħabbrieki Stefan Cordina li lkoll taw kontribut kbir lill-komunita ta’ din il-lokalita. Finalment Alex Borg sellem ukoll lill-David Agius, li għażel minn jeddu li jtemm il-karriera politika tiegħu. Huwa serva bħala deputat, Whip tal-Grupp Parlamentari u anke fl-irwol ta’ Deputy Speaker.
//= $special ?>

