Sport

Hibernians jikkonfermaw posthom fis-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA Trophy

Hibernians jikkonfermaw posthom mal-aħħar erbgħa tal-BOV Veterans Malta FA Trophy flimkien ma’ Gżira United, Floriana u Rabat.

Hibernians li se jikkontestaw is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA Trophy fl-aħħar kwarti tal-finali li ntlagħbet, Hibernians rebħu partita missielta u miftuħa għal kull riżultat kontra Żurrieq Wolves 5-3.

John Camilleri kien protagonista għal Hibernians meta skorja tliet gowls filwaqt li Dylan Mercieca u Ilia Nazarov skorjaw gowl kull wieħed.

Għal Zurrieq Wolves, Alex Muscat skorja  darbtejn u gowl minn Beppe Muscat.

Referee tal-partita kien Ray Tabone.

Is-semifinali  jintlagħbu fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ fejn Gżira United jilagħbu kontra ċ-champions il-ġodda Floriana filwaqt li Rabat Ajax għandhom impenn kontra Hibernians.

is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA
Trophyis-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA
Trophy

is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA
Trophy

is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA
Trophy

Hibernians jikkonfermaw posthom mal-aħħar erbgħa tal-BOV Veterans Malta FA Trophy flimkien ma’ Gżira United, Floriana u Rabat.

Hibernians li se jikkontestaw is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA
Trophy fl-aħħar kwarti tal-finali li ntlagħbet, Hibernians rebħu
partita missielta u miftuħa għal kull riżultat kontra Żurrieq Wolves
5-3.

John Camilleri kien protagonista għal Hibernians meta skorja tlett
gowls filwaqt li Dylan Mercieca u Ilia Nazarov skorjaw gowl kull
wieħed.

Għal Zurrieq Wolves, Alex Muscat skorja  darbtejn u gowl minn Beppe Muscat .

Referee tal-partita kien Ray Tabone.

Is-semifinali  jintlagħbu llum fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ
fejn Gżira United jilgħabu kontra ċ-champions il-ġodda Floriana
filwaqt li Rabat Ajax għandhom impenn kontra Hibernians.

———————————————–

Fi Stamford Bridge :

Chelsea    1     Nottingham Forest    3

Rebħa importanti għal Nottingham Forest bit-tama li jinqalgħu
mill-parti ta’ isfel tal-klassifika fejn telgħu fis-16 il-post bi 42
punt, wieħed inqas minn Crystal Palace.

Wara biss 2 minuti Nottingham fil-vantaġġ permezz ta’ TAIWO AWONIYI li
minn azzjoni ta’ Dilane Bakwa għeleb lil Sanchez. Fil-15 il-minuta
foul ta’ Malo Gusto wassal għal penalty b’IGOR JESUS ma jfallix għat 2
– 0 . Fl-10 minuta ta’ ħin miżjud foul ta’ Jesse Derry fuq Zach Abott.
Penalty għal Chelsea iżda Matz Sels salva x-xutt ta’ Cole Palmer.
Fit-52 minuta kien mill-ġdid AWONIYI li minn azzjoni ta’ Morgan Gibbs
White għeleb lil Robert Sanchez.

Fit-73 minuta gowl ta’ Joao Pedro għal Chelsea ma kienx ikkonvalidat
bil-VAR minhabba offise sabiex l-istess JOAO PEDRO naqqas l-iskor
fit-93 minuta għat 3 – 1 finali.

>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Fil-Hill Dickinson Stadium :

Everton     3          Manchester City     3

Sitt gowls f’partita mill-isbaħ fejn sa minuti mit-tmiem b’Everton
minn vantaġġ doppju sofrew il-pressjoni ta’ Manchester City sa 3 – 3
liema skor jista jkollu effett fuq il-bqija tal-Kampjonat.

Fit-43 minuta Manchester fil-vantaġġ permezz ta’ JEREMY DOKU li minn
azzjoni ta’ Rayan Cherki għeleb lil Pickford. Fit-tieni taqsima
sorpriza minn Everton lki fit-68 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz
ta’ THIERNO BARRY kkonvalidat bil-VAR. Fit-73 minuta, Donnarumma
mill-ġdid megħlub minn JAKE O’BRIEN li skorja bir-ras minn cross ta’
James Garner.

Fil-81 minuti mill-ġdid THIERNO BARRY għal 3 – 1 sabiex żewġ minuti
wara kien ERLING HAALAND li minn azzjoni ta’ Kovacevic għamel l-iskor
3 – 2 sabiex fl-aħħar azzjoni tal-partita fis-97 minuta minn pass ta’
Guehi, JEREMY DOKU kiseb il-gowl tad-draw drammatiku għal 3 – 3
finali.

————————————————–

Fi Stadio Giovanni Zini :

Cremonese       1             Lazio    2

Rebħa drammatika għal Lazio li biha telgħu fit-tmien post b’51 punt
filwaqt li Cremonese baqgħu it-tielet mill-aħħar f’posizzjoni prekarja
li jkunu relegati meta bi 28 punt jinsabu erba’ punti taħt Lecce.

Fid-29 minuta Cremonese fil-vantaġġ permezz ta’ FEDERICO BONAZZOLI li
minn azzjoni ta’ Romano Floriani Mussolini għeleb lil Edoardo Motta
għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Kibret il-pressjoni minn Lazio fit-tieni taqsima tant li fit-53 minuta
kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Tijani Noslin kien GUSTAV
IUSAKSEN li għeleb lil Emil Audero għal 1 – 1 .

Bil-partita destinatha li tintemm 1 – 1 fit-92 minuta minn azzjoni ta’
Boulaye Diua kien TIJANI NOSLIN li għeleb lil Audero għat-2 – 1
finali.

>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Fi Stadio Olimpico :

Roma     4                Fiorentina    0

Ebda problema għal Roma f’partita fejn ma kien hemm ebda risposta jew
reazzjoni minn Fiorentina li fit-13 il-minuta sofrew l-ewwel gowl
skorjat minn GIANLUCA MANCINI minn azzjoni ta’ Niccolo Pisilli. Fis-17
il-minuta 2 – 0 permezz ta’ WESLEY FRANCA minn pass ta’ Mario Hermoso.
It-tielet gowl skorjat minn MARIO HERMOSO li minn azzjoni ta’ Manu
Kone’ għeleb lil David de Gea : 3 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-andament ftit inbidel l-aktar wara li fit-58 minn
pass ta’ Donyell Malen kien NICCOLO’ PISILLI li għamel l-iskor 4 – 0
li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.