Għawdex Lokali

Il-Gozo Business Chamber tinsisti li Għawdex jistħoqlu viżjoni fit-tul

Filwaqt li b’mod pożittiv qed jiżdiedu s-servizzi għal Għawdex, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija thares ‘il quddiem lejn l-implimentazzjoni tat-tkabbir fil-flotta tal-Gozo Channel, u l-introduzzjoni tas-servizz lejn il-Malta Freeport.

Dan intqal mill-GBC wara li tnieda s-servizz tal-ferry minn Buġibba.

Maż-żieda fis-servizzi, se tinħass iktar il-ħtieġa tal-estensjoni tal-Port tal-Imġarr, li kull ma jmur qed isir proġett kruċjali. Għandhom ukoll jitqiesu proġetti oħra bħal ‘logistics hub’, u t-tieni triq biex tiżdied ir-reżiljenza tal-infrastruttura preżenti. Il-proġett tal-permanent link għandu wkoll jibqa’ opzjoni fit-tul, li tibqa’ tiġi kkunsidrata għal gżira Għawdxija.

Għawdex jistħoqqlu viżjoni fit-tul li tmur lil hinn miċ-ċikli politici u li fuqha jkun hemm qbil minn
kull naħa politika. Għal Għawdex l-aċċessibilta’ mhix privileġġ, imma bżonn.