Wara dak li tnieda dalgħodu, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex (GTA) appellaw biex is-servizz tal-ferry jitneħħa mill-port tal-Imġarr u jibda jidħol Marsalforn. Dan għaliex iz-zona tal-Imġarr diġa’ tinsab fgata b’attività marittima u kummerċjali.
Fi stqarrija, il-GTA laqgħet is-servizz tal-ferry li beda jopera minn u lejn Buġibba. Iżda appellat għal viżjoni aktar fit-tul u pjan sostenibbli.
“F’dan l-istadju, jeħtieġ li serjament nesploraw pjan vijabbli biex is-servizz tal-fast ferry jiċċaqlaq lejn il-port ta’ Marsalforn”.
//= $special ?>

