Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fis-Settur tas-Saħħa hija waħda fit-tul li tpoġġi lill-pazjent fiċ-ċentru. Din hija wkoll ibbażata fuq dak li qed jimbuttaw ’il quddiem il-professjonisti.
Kien għalhekk li, f’nofs il-kampanja elettorali, Alex Borg flimkien ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Medika Maltija.
Waqt din il-laqgħa, Alex Borg spjega kif il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur huma mifruxa mhux biss fuq l-infrastruttura, imma wkoll fuq in-numru ta’ ħaddiema. Il-President tal-Assoċjazzjoni stqarr li japprezza ħafna l-fatt li l-Kap tal-PN sab il-ħin biex jiltaqa’ magħhom matul dan iż-żmien impenjattiv.






Alex Borg stqarr li s-saħħa mentali hija prijorità għall-Partit Nazzjonalista, u huwa għalhekk li mal-Park Nazzjonali tas-Saħħa f’Selmun, Fort Campbell; se jkun hemm mhux biss open space iżda wkoll spazju ddedikati għall-wellbeing li jgħin ukoll biex jittaffew il-problemi tas-saħħa mentali. Il-President tal-MAM spjega li din hija xi ħaġa pożittiva ħafna u li għandha tingħata prijorità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-isfida tal-workforce f’dan is-settur, fejn semma’ l-proposti ta’ żieda fl-istipendju għal dawk kollha li jistudjaw suġġetti relatati mal-health sciences, li fl-ewwel mitt jum jiġi diskuss pakkett finanzjarju għall-ħaddiema, l-introduzzjoni ta’ 5 year tax bracket għal ħames snin għal dawk il-professjonisti li jirritornaw lejn Malta, u li b’mod temporanju jitneħħew l-ispejjeż relatati ma’ work permits u visas.
Dwar dan, Patrick Sammut qal li l-problema tan-nuqqas ta’ ħaddiema hija waħda reali, u li hemm diversi ħaddiema li qed imorru jaħdmu mas-settur privat mhux biss għal raġunijiet finanzjarji iżda wkoll minħabba kundizzjonijiet aħjar.
Stephen Spiteri, Ian Vassallo, Ray Gatt u Paul Mazzola tkellmu dwar l-importanza li jitnaqqas il-piż minn fuq Mater Dei permezz ta’ sptar ġdid fit-Tramuntana u ieħor f’Għawdex, flimkien mar-rinnovar tal-Paola Hub fi sptar.
Issemma’ wkoll it-tisħiħ taċ-ċentri tas-saħħa ewlenin biex joffru kura urġenti u minor procedures fl-istess post. Il-President tal-MAM qal li jaqbel ma’ dan, hekk kif il-kura primarja hija l-pedament ta’ dan is-settur.
//= $special ?>

