Lokali

Illum ikompli t-tqassim tad-dokumenti tal-vot

Fit-23 ta' Mejju ssir l-elezzjoni bikrija

L-uffiċjali tal-Pulizija illum komplew iqassmu d-dokumenti tal-votazzjoni.

It-tqassim qed isir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m. …sa nhar il-Ġimgħa l-15 ta’ Mejju.

Fid-dar, irid ikun hemm persuna responsabbli, li ma tkunx taħt is-16-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti tal-votazzjoni.

Waqt it-tqassim tad-dokumenti għall-votazzjoni, in-nies qed jintalbu jikkonfermaw li jkunu irċievew id-dokument billi jiffirmaw fuq il-mowbajl ipprovdut mill-Uffiċjal tal-Pulizija.

Il-liġi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti.

Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni stess.

L-elezzjoni se ssir fit-30 ta’ Mejju, u l-votazzjoni bikrija se ssir fit-23 ta’ Mejju.