L-unika issue li qed jara l-eks Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-pjan dettaljat tal-PN għas-settur tal-enerġija…hija s-soqfa!
Muscat kiteb dwar is-soqfa propju dalgħodu meta f’nofs kampanja elettorali reġa’ infexx fil-Facebook biex juri lin-nies li għadu qed isegwi. Għalkemm bil-kummenti tiegħu stess spiċċa ikkonferma li r-roħs li qed jipproponi l-PN huwa possibbli għaliex fl-ebda ħin ma qal li Gvern ġdid Nazzjonalista ma jistax iraħħas il-kontijiet tad-dawl.
Muscat qed jipprova jagħti x’jifhem li hemm problemi biex titneħħa l-kirja tal-meter tad-dawl. Iżda anke hawn, ma qalx li dan ma jistax isir – konferma tal-pjan fattibbli li għandu l-PN.
Iżda mar oltre minn hekk.
Imbgħad, infexx jikteb dwar is-soqfa. U ħadha bi kbira li Gvern Nazzjonalista jkun qed juża soqfa ta’ binjiet pubbliċi biex jiġġenera enerġija mix-xemx. Dan meta hu u Robert Abela ħallew lil pajjiżna fl-aħħar post fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli.


