Internazzjonali

Is-servizzi Amerikani joqtlu raġel armat f’Washington

Ritratt: AFP TV

Raġel armat inqatel quddiem il-White House f’Washington ftit wara li għadda l-Viċi President Amerikan JD Vance.

Il-persuna nqatel mis-Secret Service, minkejja li d-deputat direttur tas-SecretService Matthew Quinn spjega li ma jemminx illi Vance kien il-mira tal-allegat aggressur. Meta mistoqsi dwar l-attakki riċenti li saru fuq il-President Amerikan Donald Trump, Quinn iddikjara li mhux se jkun qed jispekola dwar dan, iżda l-aggressur kien jidher suspettuż fl-inħawi u anke kien armat.

Fil-fatt, ir-raġel ħarab mill-post u meta kien affaċċjat bl-uffiċjali Amerikani beda jispara fuqhom. B’hekk, l-uffiċjali sparaw lill-aggressur li ttieħed l-isptar iżda mbagħad kien iddikjarat li tilef ħajtu.

F’dan l-inċident sforiet ġrieħi ħfief persuna li kienet fil-viċinanzi.