Raġel armat inqatel quddiem il-White House f’Washington ftit wara li għaddha l-Viċi President Amerikan JD Vance.
Il-persuna inqatel mis-Secret Service, minkejja li d-deputat direttur tas-SecretService Matthew Quinn spjega li ma jemminx illi Vance kien il-mira tal-allegat aggressur. Meta mistoqsi dwar l-attakki riċenti li saru fuq il-President Amerikan Donald Trump, Quinn iddikjara li mhux se jkun qed jispekola dwar dan, iżda l-aggressur kien jidher suspettuż fl-inħawi u anke kien armat.
Fil-fatt, ir-raġel ħarab mill-post u meta kien affaċċjat bl-uffiċjali Amerikani beda jispara fuqhom. B’hekk, l-uffiċjali sparaw lill-aggressur li ttieħed l-isptar iżda mbagħad kien iddikjarat li tilef ħajtu.
F’dan l-inċident sforiet ġrieħi ħfief persuna li kienet fil-viċinanzi.
//= $special ?>

