Il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju, fis-6:30 pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria – l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Anton Teuma se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Samuel Aquilina u Marlon Victor Bajada.
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb, il-Ħamis 21 ta’ Mejju, fit-8.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Wara, mill-10.00pm sas-07.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinandi fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri.
//= $special ?>

