Il-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) ippreżentat lista estensiva ta’ proposti lill-partiti politiċi fid-dawl tal-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026.
Waħda mill-aktar proposti sinifikanti, li l-MUT qed tipproponi hija li tinħoloq kummissjoni permanenti u indipendenti mill-politika biex tmexxi l-edukazzjoni. Fl-istess waqt, l-MUT qed tinsisti li l-edukaturi għandhom ikunu eliġibbli japplikaw għat-tieni sena ta’ paid study leave jekk japplikaw għall-kors f’livell MQF ogħla mill-kors preċedenti li għalih ukoll ikunu ngħataw paid leave.
L-MUT qed tipproponi wkoll li l-għalliema li jaħdmu full-time u li jaħdmu sigħat addizzjonali
jew xogħol part-time f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta jeħtieġ li jkunu taxxati fuq ir-rata minima tal-part-time.
Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, il-MUT qed tipproponi li l-intelliġenza artifiċjali tiddaħħal fil-kurrikulu tal-edukazzjoni obbligatorja.
L-MUT proponiet ukoll li ssur skola sekondarja speċjalizzata fil-lingwi u l-komunikazzjoni, fil-parametri tan-National Sports School u l-Malta Visual and Performing Arts School. Saħqet ukoll dwar il-bżonn ta’ investiment f’faċilitajiet aħjar għal suġġetti kollha, inklużi dawk vokazzjonali u STEAM.
Il-MUT qed titlob ukoll investiment sinifikanti fl-edukazzjoni u fil-programmi ta’ wara l-iskola, kif ukoll sistemi aktar b’saħħithom biex jindirizzaw problemi soċjali li jaffettwaw lill-istudenti.
Fil-qasam tal-governanza, il-MUT qed tipproponi riformi fil-Kunsill għall-Professjoni tat-Tagħlim u tibdil fil-liġi tal-Ombudsman biex jiġi żgurat li l-Kummissarju għall-Edukazzjoni jkun ġej mill-qasam edukattiv. Barra minn hekk, qed tisħaq fuq il-ħtieġa li jitlestew diversi ftehimiet pendenti u li jiġu implimentati dawk diġà miftiehma. Fost numru ta’ proposti oħrajn.
//= $special ?>

