Lokali

Mara u raġel weġġgħu gravi wara li waqgħu minn fuq quadbike f’Għawdex

Mara u raġel barranin weġġgħu gravi wara inċident bil-quadbike.

Kienu għall-ħabta tat-8:15pm, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat Għawdex, bi quadbike.

Jirr illi kien raġel mill-Estonja ta’ 43 sena li kien qed isuq quadbike u li miegħu kellu mara ta’ 49 sena mill-Filippini. Għal xi raġuni mhux magħrufa, il-barrani tilef il-kontroll ta-quadbike bil-konsegwenza li dawn waqgħu minn fuqu.

Huma ttieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minn tim mediku u ambulanza fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.