Lokali Qorti

Network ta’ traffikar ta’ karozzi misruqa

Libjan ta’ 37 sena, instab ħati li bejn Novembru u Diċembru tal-2025 seraq xi vetturi mit-terminal tal-Virtu Ferries fil-Marsa.

Il-każ beda meta xi uffiċjali tad-dwana nnutaw irregolaritajiet f’vettura li ddaħlet f’Malta.


L-investigazzjonijiet ta’ wara rabtu lil-Libjan ma’ network li kien jittraffika l-karozzi misruqa bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq, bl-użu ta’ dokumenti ffalsifikati.

Il-Pulizija xehdu li l-Libjan kien jagħmel diversi vjaġġi lejn Malta b’vetturi misruqa minn pajjiżi bħal l-Italja u Spanja.

Hu ammetta l-akkużi f’April u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.