Matul il-konferenza li saret it-Tlieta filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ħabbar li taħt Gvern ġdid Nazzjonalista t-tanker tal-gass jitneħħa mill-bajja ta’ Marsaxlokk u joħroġ ‘il barra mill-bajja, fejn se jsir dan l-investiment.
Infatti Alex Borg spjega li din l-azzjoni ġġib magħha żewġ vantaġġi fejn l-ewwel se jitneħħa għal kollox il-periklu ta’ dan it-tanker li qiegħed fil-bajja ta’ Marsaxlokk daqshekk viċin in-nies kif ukoll se jsaħħu s-sigurtà tal-provvista peress li preżentament, meta jkun il-maltemp, it-tanker qed ikollu jinħareġ ‘il barra mill-bajja minħabba l-periklu.
//= $special ?>

