Sport

Rebħa importanti għal Nottingham Forest u Manchester City miżmuma

Chelsea    1     Nottingham Forest    3

Rebħa importanti għal Nottingham Forest bit-tama li jinqalgħu,mill-parti ta’ isfel tal-klassifika fejn telgħu fis-16-il post bi 42 punt, wieħed inqas minn Crystal Palace.

Wara biss 2 minuti Nottingham fil-vantaġġ permezz ta’ TAIWO AWONIYI li minn azzjoni ta’ Dilane Bakwa għeleb lil Sanchez. Fil-15-il,minuta foul ta’ Malo Gusto wassal għal penalty b’IGOR JESUS ma jfallix għat 2
– 0. Fl-10 minuta ta’ ħin miżjud foul ta’ Jesse Derry fuq Zach Abott. Penalty għal Chelsea iżda Matz Sels salva x-xutt ta’ Cole Palmer. Fit-52 minuta kien mill-ġdid AWONIYI li minn azzjoni ta’ Morgan Gibbs White għeleb lil Robert Sanchez.

Fit-73 minuta gowl ta’ Joao Pedro għal Chelsea ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside sabiex l-istess JOAO PEDRO naqqas l-iskor fit-93 minuta għat 3 – 1 finali.

Everton     3          Manchester City     3

Sitt gowls f’partita mill-isbaħ fil-Hill Dickinson Stadium fejn sa minuti mit-tmiem b’Everton minn vantaġġ doppju sofrew il-pressjoni ta’ Manchester City sa 3 – 3, liema skor jista’ jkollu effett fuq il-bqija tal-Kampjonat.

Fit-43 minuta Manchester fil-vantaġġ permezz ta’ JEREMY DOKU li minn azzjoni ta’ Rayan Cherki għeleb lil Pickford. Fit-tieni taqsima sorpriża minn Everton li fit-68 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ THIERNO BARRY kkonvalidat bil-VAR. Fit-73 minuta, Donnarumma mill-ġdid megħlub minn JAKE O’BRIEN li skorja bir-ras minn cross ta’James Garner.

Fil-81 minuti mill-ġdid THIERNO BARRY għal 3 – 1 sabiex żewġ minuti wara kien ERLING HAALAND li minn azzjoni ta’ Kovacevic għamel l-iskor 3 – 2 sabiex fl-aħħar azzjoni tal-partita fis-97 minuta minn pass ta’ Guehi, JEREMY DOKU kiseb il-gowl tad-draw drammatiku għal 3 – 3 finali.