Lokali Sport

“S’issa, mhemmx dell tat-trakka” – Mario Mifsud

Id-dilettanti tal-motorsport jinsabu urtati għall-mossa ta’ Abela li niżel Ħal Far biex jagħti l-impressjoni li qed issir it-trakka. Meta fil-verità, għadu għaddej ix-xogħol fuq il-Kwart ta’ Mil – li lanqas din mhi lesta.

F’din id-diskussjoni daħal ukoll il-personalità popolari Mario Mifsud, magħruf bħala Dj Banana, li ilu snin twal involut fid-dinja tal-motorsport.

Mario Mifsud qal li din hi saga li ilha għaddejja snin sħaħ. Iżda sa issa “mhemmx dell” tat-trakka. Dan għaliex lanqas hemm xamma li se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett maġġuri – meta suppost dan il-proġett kellu jitlesta f’din il-leġislatura.

Mifsud kiteb post estensiv taħt video li poġġa’ Ricky Caruana fuq is-social media.

Mario Mifsud kiteb hekk:

“L-aħħar kwart ta’ mil li sar kien hemm record ta nies li attendew saru records ta ħin, u t-track sew kienet. Issa din inqalgħet u qed issir mill-ġdid u kellha tkun lesta s-sena l-oħra għax sa dan it-tant il-kompetituri u l-vetturi fil-garage qegħdin. Xogħol għaddej u prosit għax il kompetituri Maltin ħaqqhom l-aħjar għax meta nkunu barra niġru daqs il barranin u nerbhu daqshom. Pero din kif qed tighid int sew hija t traka tal kwart ta mil marufa bhal Drag Strip. Biex ma nikkonfondux l idejat u ma nahsibx li ħa nsib li jgħid li jien ma nafx x jien ngħid. It-trakka, imsejħa wkoll circuit, li wkoll skont weghdiet ta’ gvernijiet differenti għal dawn l-aħħar 50 sena u fuqhom, kellha wkoll tkun lesta s’issa. U din tkun imwegħda ma kull elezjoni. S’issa m hemx dell tagħha. Ma jimpurtax nistennew. Għalhekk qed jagħjtu n-nies Ricky.”