Huwa ċar li lid-deputati tal-Labour lanqas qalulhom li l-costings tal-proġett tat-trasport tal-massa mhux se jkunu inklużi fil-Manifest tal-Labour – kif ikkonferma Robert Abela innifsu.
U dan il-fatt, qed joħloq konfużjoni sħiħa. Tant li lanqas Rosianne Cutajar ma kienet kapaċi twieġeb din id-domanda sempliċi. Biex spiċċat tattakka l-wegħda tal-PN li jwettaq l-ewwel linja ta’ sistema ġdida ta’ trasport fi żmien ħames snin – xi ħaġa li hi ittimbrata bil-frażi “żinnijiet”.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul ma kienx kapaċi jwieġeb lanqas kemm se jkun hemm proposti fil-Manifest tal-Labour għall-elezzjoni.
…hekk kif Ellul baqa’ jgħidilna li se naqtawlu l-clips. Biex xorta spiċċa jirrepeti l-istss tweġiba għaliex lid-deputati għadhom ma qalulhomx kemm se jkun hemm proposti fil-Manifest.
//= $special ?>
