Lokali

KONFUŻJONI SĦIĦA: Il-Labour jibqa’ jxerred fake news dwar il-proposti tal-PN

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Fl-attività tal-Labour fis-Siġġiewi il-backbencher Laburista Alex Muscat kompla għaddej bir-retorika ta’ negattività u biża’ fil-konfront ta’ Alex Borg u l-PN. B’Muscat jispiċċa jxerred fake news dwar il-proposti importanti li ressaq il-PN f’din il-kampanja pożittiva, li issa daħlet fit-tieni ġimgħa tagħha.

F’diskors ta’ kważi 10 minuti, il-Membru Parlamentari Laburista Alex Muscat lanqas biss semma’ wiegħda waħda tal-Labour. U qatta’ l-ħin mogħti lilu jattakka l-proposti tal-PN u ta’ Alex Borg dwar it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl bi 30%. Biex imbgħad, surrealment, qal li l-proposta tal-PN ser tkun qed tgħolli l-prezzijiet u mhux tnaqqas.

Liema gidba kompliet wkoll tistona għall-fatt li anke l-Ministru Dalli fl-ewwel opportunità li kellha kienet qalet li l-kontijiet tad-dawl ser jorħsu bi ftit. Dan, jikkonferma s-sens ta’ konfużjoni li qed jirrenja fil-kamp tal-Partit Laburista.

Il-laqgħa fis-Siġġiewi kienet ikkaratterizzata minn attakki konsistenti kontra l-PN. Bil-frażo “tavdawhomx” li ġiet ripetuta minn Alex Muscat għal aktar minn tlett darbiet.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo