Lokali

Tmut l-anzjana li ttajjret minn vettura fil-Ħamrun

Sfortunatament, tilfet ħajjitha l-anzjana ta’ 84 sena li ntlaqtet minn vettura l-Ħadd li għadda.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza u tilfet ħajjitha proprju jumejn wara li seħħ l-inċident.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.