F’attakk negattiv fuq il-proposta pożittiva ferm li ressaq il-Partit Nazzjonalista li jinħoloq hub offshore li joffri jobs ta’ kwalità, Robert Abela kompla bil-kampanja negattiva u ta’ gideb tiegħu.
Tant li spiċċa jirredikola x-xogħlijiet kollha li b’xi mod jew ieħor imissu mal-baħar – daqs li kieku huwa xi xogħol inferjuri.
Wara n-niċċa ekonomika ġdida, li se trendi miljuni ta’ ewro lill-pajjiżna u cioè il-bunkering f’Hurds Bank – Robert Abela sforz il-paniku li nħakem bih wara li ra l-appoġġ li kellu l-Partit Nazzjonalista hekk kif ħabbar din il-proposta – ħareġ qatta’ bla ħabel b’numru ta’ allegazzjonijiet infondati u serji kontra l-proposta tal-Partit Nazzjonalista tant li spiċċa jattakka lil dawk kollha li jaħdmu fuq il-baħar.
Fil-fatt, waqt li qed jindirizza l-partitarji tiegħu huwa kompla jkaxkar bl-allegazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalista ċaħad b’mod kategoriku.
U f’dagħdiha kontra l-Partit Nazzjonalista, Robert Abela spiċċa rema’ lis-sajjieda, baħħara, inġiniera marittima, u kull min jaħdem fuq il-baħar daqs li kieku huma xogħolijiet inferjuri.
Minkejja l-ġid kbir li dawn il-ħaddiema jrendu lill-pajjiżna anke meta tikkunsidra r-riżorsa naturali ta’ pajjiżna : il-baħar.
Dikjarazzjoni li immedjatament qalgħet baraxx ta’ kritika minn dawk li jaħdmu fuq il-baħar, u li l-Partit Laburista tant jgħid li huma għal qalbu. Fil-fatt, bosta ħaddiema esprimew il-weġa’ tagħhom wara li ntremew minn Robert Abela, minkejja l-ħidma kontinwa li dawn jaħdmu għal pajjiżna.
Madanakollu, f’pajjiż xemxi u mdawwar bil-baħar, Robert Abela ddikjara li f’pajjiżna “riżorsi naturali ma għandniex”.
//= $special ?>

