L-Assoċjazzjoni Medika Maltija kellha reazzjoni pożittiva għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tas-saħħa.
Wara li l-Partit Nazzjonalista ħabbar sensiela ta’ proposti relatati ma’ dan is-settur…u li huma mifruxa kemm fuq il-ħaddiema kif ukoll fuq l-infrastrutura u l-edukazzjoni…. it-Tlieta wara nofsinhar Alex Borg flimkien ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista preżenta dawn il-proposti lill-MAM – l-Assoċjazzjoni Medika Maltija.
Waqt din l-istess laqgħa, il-President tal-MAM Patrick Sammut qal ukoll li huwa verament pożittiv li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti importanza lis-saħħa mentali. U tenna li din għandha tkun prijorità.
Patrick Sammut faħħar il-proposti li huma indirizzatti speċifikament biex jiżdiedu l-ħaddiema f’dan is-settur, hekk kif din hija sfida reali.
Il-President tal-MAM tkellem ukoll dwar l-importanza li tisaħaħ il-kura primarja; xi ħaġa li qed jimbotta ‘l quddiem il-Partit Nazzjonalista.
Il-President Patrick Sammut kien akkumpanjat mil-Viċi President tal-MAM Federica Apap Bologna, Jeffrey Bonnici is-Segretarju Internazzjonali u t-Teżorier Lara Gerada.
//= $special ?>
