F’post fuq il-midja soċjali l-inġinier marittimu Oliver Cini giddeb lil Robert Abela fuq l-akkużi li għamel fil-konfornt tal-proposta tal-PN dwar Maritime Fuel Hub.
Oliver Cini li hu wieħed mill-awturi prinċipali f’dan id-dokument li propona l-PN, saħaq li Robert Abela qed jirrepeti “gidba minn fuq s’isfel”.
Huwa kompla jgħid li Robert Abela qed jarmi opportunita b’mod partiġġjan li jirregola dak li suppost ilu regolat – u fuq kollox li jħalli miljuni kbar ta’ flus fl-ekonomijia ta’ Malta. Dan apparti li t-tanker tal-gass ser ikun qed joħroġ il-barra mill-bajja.
Oliver Cini li hu wkoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista ċaħad kategorikament li qatt tkellem ma Robert Abela dwar dan il-pjan fit-tul u wisq aktar ċaħad li xi darba hu u t-tim ta’ profesjonisti li ħadmu fuq dan id-dokument tkellmu ma xi hekk imsejħa ‘fuel-smugglers’…kif prova jimplika il-mexxej tal-Labour.
Dan apparti li rrimarka wkoll il-fatt li tal-mistħija li Abela spiċċa ammetta li hu stess tkellem ma’ fuel-smuggler magħruf….dejjem skont kif qed jgħid Abela nnifsu.



