Arsenal 1 Atletico Madrid 0
Gowl fi tmiem l-ewwel taqsima fl-Emirates Stadium kien biżżejjed għal Arsenal biex rebħu t-tieni leg tal-ewwel semifinali UEFA Champions League, l-ewwel semifinali u għat-tieni darba fl-istorja għaddew għal finali tal-UEFA Champions League. L-unika dehra kienet fl-2006 fil-finali mitlufa 2 – 1 kontra Barcelona
Id-draw ta’ 1 – 1 fl-ewwel leg f’Madrid kien fattur importanti għal partita ta’ ritorn fl-Emirates fejn kif kien mistenni f’mumenti kien hemm il-pressjoni minn Atletico b’David Raya iżda jżomm l-iskor intatt. L-ewwel mumenti deċiżivi bil-pressjoni u tentattivi għal Atletico minn Julian Alvarez u Giuliano Simeone.
Matul l-ewwel taqsima, filwaqt li Arsenal iddettaw għal ħinijiet twal b’pussess sa massimu ta’ 67% , f’mument meta l-ewwel taqsima dehret li se tintemm 0 – 0 fl-ewwel minuta ta‘ ħin miżjud, Arsenal
meritatament marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Viktor Gyokeres lejn Leandro Trossard li żmarka lil BUKAYO SAKA’ li bix-xellug għeleb lil Jan Oblak .

L-andament fit-tieni taqsima ftit inbidel bid-difiża ta’ Arsenal attenta li ma ssofriex inizjattiva avversarja. Kien Gabriel Magalhaes li interċetta fuq Simeone filwaqt li deċiżiv is-save ta’ David Raya fuq xutt ta’ Antoine Griezmann.
L-avversarju ta’ Arsenal ikun magħruf il-lejla mit-tieni semifinalibejn Bayern Munich u Paris Saint Germain.
Referee : Daniel Siebert – Ġermanja
//= $special ?>

