Wieħed mill-politiċi li se jgħaddi ġuri b’rabta mad-deal ta’ Vitals u Steward – Chris Fearne – ġie approvat bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Dan wara li t-Tlieta ġie approvat mill-Eżekuttiv tal-Labour.
Net News kien preżenti barra ċ-Ċentru Nazzjonali qabel il-laqgħa tal-Eżekuttiv; bil-membri tal-Labour juru biċ-ċar li ma jafu xejn dwar il-costings u l-proposti tal-Manifest Elettorali. Fejn spikkat il-konfużjoni fir-risposti li tawna l-attivisti Laburisti.
Ironikament, anke Robert Abela ħarab mid-domanda dwar il-costings…dan minkejja li kontinwament jiftaħar illi għandu kollox costed u studjat.
//= $special ?>

