Lokali

Data, AI u New Space – Alex Borg ikompli jipproponi setturi ekonomiċi ġodda

F’Konferenza tal-aħbarjiet il-Kap tal-PN Alex Borg kompla joħroġ b’aktar proposti ambizjużi u innovattivi – bil-għan li tissaħħaħ l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Kap tal-PN Alex Borg beda’ billi saħaq li Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem ħaseb fit-tul – anke wara li kienu Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat li bena niċeċ ekonomiċi li saħansitra Gvernijiet oħra komplew jinvestu fihom. Fosthom is-setturi tas-Servizzi finanzjarji, l-iGaming, l-Avjazzjoni, l-Farmaċewtika u l-Marittimu fost l-oħrajn.

Alex Borg qal li l-viżjoni ekonomika tal-PN tat opportunita u ekonomija ta’ valur miżjud. Bil-Kap tal-PN jisħaq li kif tħabbar ilbieraħ, ċioe l-investiment imwiegħed ta’ Maritime Fuel Hub – li ser jkun qed irendi €450,000,000 fuq medda ta’ tlett snin biss. Fost opportunitajiet ta’ xogħolijiet ġodda ta’ kwalità.

Apparti min hekk Alex Borg saħaq li ser jkun qed jibni fuq is-setturi ekonomiċi preżenti – Iżda ħabbar wkoll proposta ta’ żewħ setturi ekonomiċi speċifiċi – AI u New Space.

Dwar Data Ai U New sPACE – Alex Borg qal li b’dawn is-setturi l-ekonomija ta’ Malta ser tkun qed tissaħħaq b’investiment barrani u anke l-ħolqien ta’ xogħlijiet ta’ kwalità.

Alex Borg qal li dan huwa settur reali u li hu mifrux b’mod globali – 400biljun ewro globalemnt, fl-ewropa biss 78 biljun

B’Alex Borg jisħaq li fl-ewwel 5 snin Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti 12-il miljun ewro f’din l-industrija. B’dan l-investiment fuq medda ta’ 5 snin mistenna jredni mal-100 miljun ewro fl-ekonomija Malti. Fost investiment ieħor li ser jkompli jsaħħaħ l-ekonomija.

Alex Borg qal li Wara 10 snin, dan is-settur se jkun mistenni li jkompli jiġġenera madwar €200 miljun fis-sena. Malta tista’ tattira tip ta’ kumpaniji li permezz ta’ qafas regolatorju ċar u servizzi professjonali b’saħħithom jistghu jikbru u joperaw minn Malta u Ghawdex. L-għan hu settur ġdid ta’ valur għoli, b’karrieri moderni u tkabbir ekonomiku b’inqas pressjoni fuq il-familji, il-popolazzjoni u l-infrastruttura.

Bil-Kap tal-PN jgħid li rridu ekonomija li toħloq aktar valur mingħajr ma tgħabbi aktar pressjoni fuq il-familji Maltin, il-popolazzjoni u l-infrastruttura.

Min naħa tiegħu l-kandidat tal-PN Jerome Caruana Cilia, li New Space jagħmel sens għal Malta għax huwa settur mibni fuq knowledge, data, qafas regolatorju, servizzi u talent.

Intant hu kompla jgħid li meta suq globali jkun qed jikber, meta l-Ewropa tkun qed tinvesti, u meta pajjiżi oħra jkunu qed jiċċaqalqu, il-periklu għal Malta mhux li tkun ambizzjuża – il-periklu hu li tistenna wisq u titlef l-opportunità.

Jerome Caruana Cilia qal li Malta ser tkun qed tatratta investiment barrani liema bħalu. B’Jerome Caruana Cilia jispjega kif bl-investiment ta’ 12-il miljun ewro, fl-ewwel 5 snin ser jiġġenera 100 miljun – fost aktar investiment li ser igawdu minnu n-nies.

Caruana Cilia saħaq li Gvern Nazzjonalista ser jgħaddi l-liġijiet neċessarji – b’responsabbilta fiskali.

Apparti Jerome Caruana Cilia saħaq li r-riskju mhux li nkunu ambizzjuzi imma li nkunu tard – B’Caruana Cilia jisħaq li ma jridx Malta li taqa’ lura imma li tkun xprun ta’ ideat.

Intant Alex Borg tkellem wkoll dwar kif ekonomija kreattiva tfisser li arti, kultura u innovazzjoni jsiru sors ta’ introjtu u imjieg għal artisti Maltin u mhux biss passatemp.

B’Alex Borg jisħaq li Malta hija mogħnija bl-aqwa talenti u Gvern Nazzjonalista se jkun qed jinvesti bis-sħiħ f’dan is-settur biex jiżgura l-aqwa opportunitajiet lil artisti lokali.

Hu spjega wkoll li l-għan ta’ Gvern Nazzjonalista huwa li jinħolqu impjiegi ta’ kwalita għall-artisti, aktar investiment u tkabbir tal-attività ekonomika, filwaqt li tissaħħaħ wkoll l-identita kulturali ta’ Malta.

Dan isir qed permezz ta’ investiment f’postijiet u spazji kreattivi kif ukoll għajnuna finanzjarja u tax benefits.

Din hija miżura wahda mill-pakkett ta’ mizuri ghall-artisti Maltin u Ghawdxin. Miżura u investiment konsiderevoli biex ninċentivaw l-Ekonomija Kreattiva f’pajjiżna.

Kien għaw fejn Alex Borg propona t-tnedija tal-proġett ta’ PORT – Distrett Kulturali – il-proġett se jkun qed jikkonsisti fi proġett kbir fil-Marsa u madwar il-Port il-Kbir li jagħmel minn din iż-żona ċentru nazzjonali tal-kultura.

Il-proġett se jkun qed jikkonsisti primarjament f’investiment ta’ zewg binijiet;

In-National Hall, li ser jkun jikkonsisti f’kumpless nazzjonali, ibbażat fuq sala prinċipali li sservi bħala d-dar permanenti tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u mfassla għal xogħlijiet li jinkludu opra, ballet u produzzjonijiet artistici fuq skala kbira.

Kif wkoll il-Marsa Expo Centre se tkun faċilità ewlenija għal avvenimenti, konferenzi u wirjiet li tilqa’ avvenimenti kulturali fuq skala kbira, konferenzi internazzjonali, expos, fieri u attivitajiet kummerċjali.

B’Alex Borg jisħaq li dan l-Investiment kapitali tal-gvern ikun ta’ madwar €350 miljun.

Intant il-kandidata tal-PN Julie Zahra bdiet billi qalet li dan se jsir biex tiġi offruta l-aqwa infrastruttura fejn l-artisti Maltin jkollhom l-aqwa opportunitajiet ta’ xoghol fil-qasam tal-arti, kultura u innovazzjoni u jkollhom l-aqwa sors ta’ introjtu.

Hi qalet wkoll li permezz ta’ dan l-investiment ta’ €350 miljun fil-progett PORT – Distrett Kulturali, din in-niċċa ekonomika mistennija tirrendi lura fl-ekonomija Maltija madwar €110 miljun fis-sena.

B’Julie Zahra tisħaq dan ser jixpruna it-talent Malti u waqt li jiġu offruta opportunitajiet fejn il-kultura ssir industrija serja li toħloq xogħol, tkattar il-gid fl-ekonomija u issahhah l-identita nazzjonali.

Gvern Nazzjonalista se jkun qed jinvesti wkoll f’dawn is-setturi ekonomici biex jitkabbar il-gid nazzjonali u ghaldaqstant jgħolha l-livell tal-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi – Il-livell tal-ghajxien se jkun qed jissħħaħ billi; jiżdiedu l-flus fil-but tan-nies u kif wkoll titjib fil-kwalità tal-ħajja.

    U bħall-proġett tal-Mediterranean Maritime Fuel Hub, anke f’dan il-każ Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jinvesti f’niċeċ ekonomici li ma jaghmlux pressjoni zejda fuq il-familji, il-popolazzjoni u fuq l-infrastruttura tal-pajjiz izda ibbazati fuq il-valur mizjud.