Ambjent Lokali

Ebda stqarrija mill-Ministeru ta’ Miriam Dalli dwar in-nar tal-Magħtab

Skiet totali mill-Ministeru ta’ Miriam Dalli dwar in-nar qawwi f’parti mill-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab. Dan wara li xi skart ħa in-nar – bir-riżultat li s-CPD qattgħu sigħat sħaħ jippruvaw jikkontrollaw il-fjammi.

Sa issa, għadu mhux ċar x’ikawża dawn in-nirien.

Ironikament, illum Miriam Dalli nediet il-kampanja tagħha. Iżda fl-ebda mument ma kitbet fuq Facebook biex issellem lill-ħaddiema tal-Wasteserv li kienu qed jaffaċjaw din is-sitwazzjoni delikata.

Il-Protezzjoni Ċivili minn naħa tagħhom qalu li n-nar ġie kontrollat. Iżda l-membri tas-CPD għadhom fil-Magħtab sabiex jassiguraw is-sigurtà fil-post.