Fil-Basilika ta’ Santa Giustina f’Padova sar il-funeral ta’ ALEXZANARDI l-eks sewwieq tal-Formula 1 u Cart u wisq aktar tas-suċċessi f’żewġ edizzjonjiet tal-Logħob Paralimpiku.
Għall-funeral preżenti martu Daniela u ibnu Nicolo flimkien ma’ atleti u uffiċjali ta’ federazzjonijiet tal-isport u mill-Movimen Paralimpiku Taljan. Prezenti fost l-atleti l-atleta paralimpika Bebe Vio, l-eks skiers Alberto Tomba u Christian Ghedina, l-eks president tal-CONI Giovanni Malago u l-Ministru tal-isport Abbodi. Fi tmiem il-funeral spikkat id-diska T’insegnero’ a Volare kantata minn Roberto Vecchino u Francesco Guccini li fl-2018 kitbu wara s-suċċessi paralimpici.
Il-figura ta’ ALEX ZANARDI tibqa’ marbuta mas-sewqan mill- Formula 1 bejn l-1991 u l-1994 għar-ritorn fil-Kampjonati CART fl-2001 u l-incident fl-1 ta’ Settembru 2001 fil-Euro Speedway Lausitz fl-American Memorial fejn tilef riġlejh mill-irkoppa ‘l fuq.
Atleta paralimpiku mill-2011 fejn wara li fil-para-cycling fil-Kampjonati tad-Dinja fejn rebaħ 12-il midalja tad-deheb, 5 tal-fidda u waħda tal-bronż, beda karriera fl-Olimpijadi.
Fl-2012 f’Londra rebaħ żewġ midalji tad-deheb fit-time trial u fir-road race flimkien ma’ midalja tal-fidda fir-relay. L-istess suċċess irrepetih fl-2016 fl-Olimpijadi ta’ Rio.
Incident li iżda kien il-konsegwenza li temm il-karriera paralimika wasal fid-19 ta’ Ġunju 2020 fl-Obiettivo Tricolore f’tellieqa bejn Pienza u San Quirico d’Orcia fil-periferija ta’ Siena. Minn dak l-incident għamel żmien f’koma sa meta miet fit-2 ta’ Mejju.
//= $special ?>

