Lokali

Il-Labour jipproponi miżuri li ilhom fis-seħħ snin sħaħ

F’attività li kellhom iż-żgħażagħ Laburisti, il-Partit Laburista ħabbar numru ta’ proposti li ilhom fis-seħħ snin sħaħ.

Fl-iskejjel post-sekondarji fosthom l-Università u l-Junior College, l-istudenti jistgħu – mingħajr ħlas – jitolbu għall-għajnuna mingħand social workers, youth workers, psikologi, psikjatri u anke psikoterapisti.

Fil-fatt, dawn is-servizzi ilhom fis-seħħ snin sħaħ b’investiment ta’ eluf ta’ ewro minn dawn il-kulleġġi.

Iżda minkejja dan, Robert Abela ħabbar li se jkun qed joffri dawn is-servizzi mingħajr ħlas f’dawn l-istess kulleġġi.

Tant hu hekk li kienu bosta li spjegaw li ilhom snin igawdu minn dawn is-servizzi u li esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li l-partit li suppost qiegħed fil-Gvern ma għandux idea tal-għajnuniet li qed jiġu offruti u li ilhom offruti snin.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali kien anke l-Professur Andrew Azzopardi li elenka l-lista ta’ għajnuniet li jingħataw dawn l-istudenti li jattendu skejjel post-sekondarji.