Il-Labour ilu jgħid li se jneħħih mill-2017
Fl-2017 Gvern Laburista kien saħaq li diġà kien qed jaħdem biex ineħħi t-tanker tal-gass. Madanakollu, wara dawn is-snin kollha, it-tanker ħallewh hemm; konferma ta’ nuqqas totali ta’ kredibbiltà mar-residenti Xlukkajri u dawk ta’ Birżebbuġa.
L-Erbgħa filgħodu, Net News staqsa lill-Ministru Julia Farrugia jekk hi hix favur li dan it-tanker tal-gass jitneħħa darba għal dejjem minn fejn issa ilu ankrat snin twal – iżda għal darba, tnejn, tlieta….ħarbet milli twieġeb. Minkejja li dan jifforma parti mid-distrett li se tikkontesta fih.
U fejn tidħol kredibbiltà – il-ġurnalisti staqsew dwar il-fatt li l-costings tal-proġett tat-trasport tal-massa mħabbar ġimgħatejn ilu mill-Gvern mhux inklużi proprju fiċ-ċifri tal-manifest elettorali.
Dan hekk kif f’ammissjoni tiegħu stess, il-Prim Ministru Robert Abela wera biċ-ċar li it-€2.8 biljun mhux inklużi fis-somom tal-wegħdiet li qed jagħmel.
Bil-ġurnalisti indipendenti jistaqsu għalfejn dan huwa l-każ. U sussegwentament il-Ministru Farrugia qalet biss li l-manifest mhux finalizzat.
Dan minkejja li l-Prim Ministru kien skjett fir-risposta tiegħu; illi fissret li ċ-ċifri tat-trasport tal-massa mhux inklużi għal 5 snin li ġejjin.
//= $special ?>

