Colin Schembri
Hibernians 77
(25-22)(31-15)(23-22)(19-18)
Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 4-1 bi iwieġbu bil-punti ta’ Jallow u Alec Felice Pace. Neil Cassar kellhu trippla għal Hibs li sas-sitt minuta kienu għadhom fuq quddiem 11-9. Hawn Starlites għamlu sitt punti mingħajr risposta qabel ma Matthew Attard għamel trippla oħra għal Hibs. Starlites għalqu t-taqsima b’żewp trippli ta’ Threadgill biex temmewha fuq quddiem 25-22. Fit-tieni perjodu, Starlites kellhom l-aħjar bidu bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Iturmendi u fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 36-24. Għal Hibs kien hemm risposta minn Elijah Simmons però Jallow u Threadgill kisbu aktar punti għal Starlites flimkien ma’ Kai Fabri u trippla ta’ Scerri biex daħlu jistrieħu 56-37 minn fuq.
Wara l-intervall, A. Felice Pace u Jallow bdew bill-punti għal Starlites għalkemm Hibs kellhom risposta bi trippli minn Jackson u Simmons. Starlites però bdew jiksbu runs qosra li gradwalment rawom ikabbru l-vantaġġ għal 26 punt fid-disa’ minuta 77-51. Jackson kompla jitħabat għal Hibernians b’żewġ trippli oħra però d-distakk baqa’ ta’ 20 punt fi tmiem is-sessjoni 79-59. Hibernians għamlu l-aħħar sforz fil-ftuħ tal-aħħar perjodu fejn ippruvaw jirrepetu r-rimonta tar-raba’ partita. Huma kellhom żewġ trippli ta’ Stefan Simic u oħra minn Stelmach u fis-sitt minuta naqqsu d-distakk għal 11-il punt 85-74.Starlites però ma ħallewx il-partita taħrab minn idejhom u għalquha b’sensiela ta’ free-throws konsekuttivi li tawhom ir-rebħa u l-kampjonat. Musa Jallow intgħażel bħala l-MVP tal-finali u ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva mis-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat. Stefan Abela, Maniġer tar-Relazzjonijiet mal-Komunità fil-Bank of Valletta ippreżenta it-trofew tal-Kampjonat BOV tal-Basketball lil captain ta’ Starlites Matthew Scerri fost il-ferħ tal-partitarji numerużi tagħhom.
Starlites Revive: A. Felice Pace 8, K. Fabri 6, T. Fee 4, A. Aquilina, S. Pace, I. Felice Pace 6, M. Fabri 3, M. Scerri 12, J. Iturmendi 5, J. Threadgill 29, K. Xuereb, M. Jallow 25.
Hibernians: N. Cassar 3, E. Simmons 13, A. Ajiboye 13, L. Attard, L. Farrugia, P. Stelmach 3, V. Kustudija, M. Gouder 6, D. Jackson 16, M. Attard 5, I. Demcesen 10, S. Simic 8.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Miguel Pablo De Flavia.
//= $special ?>

