F’Armaco dos Buzios f’Rio de Janeiro fil-Brażil, l-ultra atleta FABIO SPITERI jinsab fil-ħames jum tal-isfida biex iwettaq id-Double Deca Ironman. Sfida li tikkonsisti f’76 kilometru għawm, 3,600 kilometru ta’ ċikliżmu u 844 kilometru ġiri.
Wara li fl-ewwel ġurnata kien għamel 48 kilometru ta’ għawm kompla b’ritmu kostanti biex temm is-76 kilometru meta temm fit-tielet post wara Jurand Czabanski u Beto Stael.
Fabio Spiteri temm f’41 siegħa, 36 minuta u 32 sekonda. Fit-tieni u t-tielet ġurnata beda u kompla biċ-ċikliżmu fejn wara li lesta 60 kilometru, kompla għal medja ta’ 390 kilometru kull ġurnata fejn laħaq
is-780 kilometru sakemm jittama li jgħamel it-3,600 kilometru.
L-għan ta’ Fabio Spiteri huwa wkoll li jiġbor fondi b’risq il-Project 100 bil-għan li jingabru €100,000 b’support għal shelters ta’ annimali.
–
L-atleta Fabio Spiteri fl-isfida tad-Double Deca Ironman


