F’din it-tieni ġimgħa ta’ kampanja elettorali, il-PN kompla jwassal messaġġ pożittiv għall-ġid tal-Maltin kollha. Dan hekk kif nieda numru ta’ billboards bl-ewwel proposti li tressqu minn Alex Borg.
Permezz ta’ dawn il-billboards, il-Partit Nazzjonalista qed iwassal messaġġ ċar favur iż-żgħażagħ u l-istudenti – fejn gvern ġdid Nazzjonalista jżid l-istipendji b’25%.
Apparti minn hekk, Alex Borg preżenta pjan ċar li bih jorħsu l-kontijiet tad-dawl b’medja ta’ 30 fil-mija. Minn dan ir-roħs se jgawdu l-familji kollha, persuni li jgħixu weħidhom, għaqdiet, bdiewa u sajjieda, kif ukoll entitajiet bħall-każini tal-banda.
//= $special ?>

