Bħala parti mill-Kampanja Elettorali bit-tema ‘Nifs Ġdid’, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed itella’ maratona propju nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju, fid-Dar Ċentrali.
Matul din il-maratona ġbir ta’ fondi, l-Uffiċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jaġġorna lis-segwaċi u lit-telespettaturi kollha b’informazzjoni kontinwa dwar il-proċess elettorali.
Apparti minn hekk, se jsiru wkoll intervisti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg u mal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Matul l-istess Maratona se jkunu qed jintrebħu wkoll għadd ta’ premijiet.
Id-donazzjonijiet li se jinġabru matul din il-maratona se jkomplu jagħtu sostenn lill-Partit Nazzjonalista sabiex il-ħidma politika tibqa’ tagħti l-aqwa riżultati.
Din il-Maratona se tibda fis-2pm u se tilħaq il-qofol tagħha fil-11pm. Il-Maratona se tkun qed tixxandar fuq Net Television, Net FM u fuq il-mezzi soċjali kollha.
Il-Partit Nazzjonalista, iħeġġeġ lill-poplu kollu sabiex jagħti s-sehem tiegħu f’din il-maratona sabiex ikompli jgħin lill-Partit Nazzjonalista verament, jagħti nifs ġdid lil Malta u Għawdex.
//= $special ?>

