Membri tas-CPD issejħu lejn l-inħawi tal-Magħtab, fil-limiti tan-Naxxar, wara li żviluppa nar kbir.
Aktar tard, sorsi mill-Protezzjoni Ċivili ikkonfermaw li kien qabad xi skart fil-landfill stess.
Fil-post hemm numru ta’ pumpieri kif ukoll inġenji tas-CPD.
Hemm ukoll uffiċjali tal-Pulizija u ambulanzi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.





